Thursday, 27 February 2014

MARIA TINZEL MARSAXLOKK.



Ma kienx mument li Maria fettilla tinzel M’xlokk. Dan il-villag tas-sajjieda kien ferm ghal qalb Maria u ta spiss kienet tinzel titpaxxa bil-bajja u l-bcejjec tal-bahar ikkuluriti li jkun hemm fiha. Imma din id-darba kien hemm hemda taqtaghha b’sikkina.
Ix-xlukkajri kienu gozz gozz hosbiena u hekk kif resqet lejnhom Maria dehru li dawwru d-diskors.

‘Ara Maria kemm ilna ma narawha ‘l hawn isfel,’ghajjat il-Mejja.

‘Biex int gej? Mhux ahjar tkomplu b’li kontu qed tghidu jew dan mhux ghall-widnejja?’

‘U le xejn milli qed tahseb, Maria. Problemi taghna s-sajjieda,’ kompla l-Gifen.

‘Sewwa qed tghid problemi, imma mhux taghkom is-sajjieda biss, ghax jekk jisplodi xi tunker kif qed ighidu mhux lilkom biss jeqred imma n-naha t’isfel ta Malta kollu.’
                                                                                          
‘Mela int ukoll imhassba Mari?’

‘X’ma tkunx imhassba. Taf min ma jkunx imhasseb Gif? Min ser jaghmel balla liri minn fuq dan il-post imma rasu fuq imhadda f’Tas-Sliema tkun.’

‘u lanqas hekk Mari’ ghax jekk isir dizastru kif jista jigri u tinqered il-power station Malta kollha tintlaqat. U min jahdem il-freeport jista ma jersaqx ‘l hemm.’

‘u ajma dan l-ghageb kollu ghalfejn? Qisu qatt ma dahal tunker M’xlokk.’

‘ara l-gharef l-iehor. Le, tunker daqs li ser jaghmlu qatt ma dahal. U mimli b’gass lest li jisplodi lanqas. U l-garra gejja w sejra fl-ahhar tinkiser. Bil-vapuri tal-freeport diehlin u hergin, is-sajjieda, u l-muviment li sar hawn f’dan il-port ftit trid li tinqala xi dizgrazzja.’

‘Imbaghad, b’daqshekk? Inqalghu tant dizgrazzi Mari’, tmur ma l-ohrajn.’

‘X’int gustuz. Dizgrazzja li tqum ghal ohra fiha w ma fihiex. Imma din ma tqumx ghal ohra. Taf x’naf inghid, int kont fuq ta quddiem tipprotesta ghax l-impjant tas-Sant Antnin kien qed irejjah. Sewwa, mela ghal daqsxejn ta riha tinten ghamiltu plejtu, u ghal spluzjoni ti tista teqred il-hajja ta eluf, qieghed frisk bhal hassa qisu mhu xejn.’

‘u iva veru Mari’, imma int min qallek li ser ikun hawn spluzjoni?’

‘Hadd. Imma hadd ma jista jicchad li jista jkun hawn, u jekk ikun hawn, wahda u tajba tkun, u bil-muviment li hawn, ic-cansijiet li jkun hawn wahda mhux zghir. Imbaghad dan kollu ghaliex?’

‘Mhux biex jorhsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Mari’’

‘Tajba wkoll. Mela biex jorhsu l-kontijiet nissograw gildna! U mur gharraq gennek, Gif. Ghandek tghid minhabba cwiec bhalek inbatu ahna.’

‘Jien madankollu ma nifhimx Mari’. Jien fuq li ighid Joseph qed nitkellem.’

‘Mhux hekk? Ma tifhmux imbaghad tismakom titkellmu qiskom xi oraklu. Bhal dak l-iehor taz-Zejtun, in-nies jitqatlu fl-Ukajina u hu bieb u ghatba qalilna li ma sema xejn. Joseph veru ma sema xejn, ghax il-parlament ghaddej, l-Ukajina jitqatlu u hu mar jara l-Milan jilaghbu.’

‘Ma jixraqlux imur jistrieh jara partita, Mari?’’

‘Mhux meta dam jitkaza b’ohrajn li ma jattendux il-parlament, tant illi ghadda ligi biex il-membri jitnaqsilhom mill-paga kull meta ma jattendux. Kieku rectar ghall-gallarija ghandna. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax il-biki jaqbadni meta nara nies bhalek, Gif.’

            


No comments:

Post a Comment