Wednesday, 5 February 2014

MARIA U R-RESIDENZA


Kienet gurnata meta Maria ma kella aptit taghmel xejn. Libset u nxtehtet fil-hanut ta’Doru tiehu kafe’, taqra l-gazzetti u tara ma min ser taqbad biex idahhal idejh fil-but. Ghalhekk meta dahal il-kappillan u pogga hdejha ma tantx hadet pjacir, ghax dan issoltu kafe’ ihallsuhulu u mhux ihallsu hu.

‘Ara Maria kemm ili ma naraha.’

‘Hawn ahna kappillan. Nistrieh daqsxejn ghax ghajjejt dalghodu, allavolja m’ghamilt xejn. Tiftah gurnal hlief fuq ic-cittadinanza ma taqrax. Nixxfuli mohhi.’

‘Imma mportanti Maria, ghax trid tkun taf min qed izur pajjizna.’

‘Importanti, hekk hu. Imma meta tara lil kullhadd jitkellem kif jaqbillu ma tkunx taf fejn ser taqbad taghti rasek.’

‘Bhal xiex, Maria?’

‘Bhal din tar-residenza. Mela issa bizzejjed taghmel ftit granet fil-pajjiz biex tkun residenti, u ftit snin ilu tellajna bniedem il-qorti ghax ma kienx iqatta s-sena kollha hawn.’

‘Iva sew qed tghid.’

‘U l-ohra ta l-Unjoni Ewropejja! L-ewwel ghamlu gimghat shah jghajjruna ghax mhux sew li nbieghu l-passaport Malti ghax dak ta’l-Ewropa wkoll, u issa wara ftit sieghat ta’ilsien helu, xejn mhu xejn.’

‘Hekk hu Maria. Int ma tarax ukoll fil-valuri tal-hajja, qabel kien kollox dnub, issa sar kollox xejn mhu xejn. Imma ta’lanqas Maria, nerga naqa fuq ic-cittadinanza, fejn qabel kien kollox sigriet, kemm kemm ihallsu ghall-passaport u jistghu lanqas biss jirfsu hawn Malta, issa ta lanqas min ser jigi ser inkunu nafu min hu, ser jixtri fejn joqghod u wkoll ser ikollu joqghod xi ftit hawn.’

‘U min jaf x’ser jaghmel, kappillan! Bit-tbazwir li hawn tista tghid xi jkun ghaddej.
U madankollu, jien ghalija jista ma jkollu joqghod xi ftit hawn xejn. Jien, jew ikun Malti bhalna, jew jista jmur ghand boxxla xjaten.Mela hekk sewwa, ir-ragel ta oht Kola tieghi ilu s-snin hawn Malta, jahdem, ihallas it-taxxi, sar qisu wiehed minna u qalulu li qabel hames snin ohra ma jistax ikollu passaport. Imbaghad, dan li Alla wahdu jaf min fejn hu gej jista jigbor il-passaport ghax ihallas.’

‘Le, mhux sew dan.’

‘Mhux sew, mhux sew u sadanitant min qed ipappijha ghadu jpappijha. Ara dan hawn x’ghandna – ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna jrid. Hekk jewilla Malta taghna lkoll.’

‘Iva smajtha din Maria. Imma ukoll il-ministru qal li mhux sewwa.’

‘M’intiex ser taghmilli bhal Joseph int hux? Isir il-hazin, nghidu li dak issa ghadda, tghallimna minnu u issa rridu nharsu ‘l quddiem. U kullhadd jibqa b’li ha.’

‘Iva veru Maria. Imma ghidli x’taqbad taghmel?’

‘Titghallem int ukoll, u ma thallix lil min jitmejjel bik. Taf x’ghid l-inglis hux kappillan – ful mi wuns xejm on u, ful mi twajz xejm on mi.’

‘Prosit ghalik Maria kemm taf.’

‘Kif dejjem nghid. Jien ma sirtx professor ghax ma mortx l-univerzita’. Ser ikolli mmur, sur kappillan ghax irrid nibaght lil Kola jgib ix-xirja. Hallsu daqsxejn int lil Doru ghax m’ghandiex zghar.’
  








No comments:

Post a Comment