Thursday, 13 February 2014

MARIJA SEJRA BRUSSELL



Din hi grajja ta l- 20 ta Ottubro 2012 ftit wara li l-Kummissarju Malti fl-Unjoni Ewropeja kellu jirrizenja fuq suspett ta tixhim.
Kont qieghed naghmel xi qadi qabel ma mmur fuq xi visti meta nahbat wicc imb wicc ma Marija t Xkieli gejja mis-suq. Kont mghaggel jien, u wkoll hi dehret fuq ix-xwiek. Imma Marija ma titlifx cans tieqaf tpacpac u hekk kif serhet il-gewlaq ma l-art, gibditni naha wahda.
‘Il-jum it-tajjeb tabib, mela off illum, jew m’hawnx mard?’

‘Gejt ‘l hawn ghax ili biex nixtri xi batteriji ghomor, Marija’

‘Mela m’intiex tisma u gharmajt wahda minn dawk ghal widnejk? Ma jien nara xejn.’

‘ U le Marija. Batteriji ghall-ghodda tieghi.’

‘U fejn naf jien. Minn mindu Kola tieghi rama wahda minn dawk – xix-xjafek ighidulhom? Qed narhom f’widnejn kullhadd. Insomma tabib, kif int? Int tithajjar tmur Brussel?’

‘Brussel xi mmur naghmel Marija! Jien tajjeb qieghed hawn.’

‘Ma spiccax dak il-kummissarju u jridu jibatu iehor minfloku issa?’

‘Iva Marija. Kas daqsxejn sfortunat dak. Imma le miniex imhajjar.’

‘Sfortunat veru. Imma dawk il-miljuni kollha x’riedhom. Ghandek tghid il-bniedem qatt m’ghandu xeba. Jiena w Kola bil-biex ghaddejjin u xorta ma jonqosna xejn.’

‘Tibdiex Marija. Miljuni ma ha hadd,u s’issa ma tista titfa dell ikrah fuq hadd.’

‘Kont qed nithajjar immur jien Brussel, tabib. Int ma tatiniex palata?’

‘Mela issa lanqas int m’ghandek xeba? M’ghadekx kemm ghidt li ghadejja tajjeb.’

‘Kulni tabib. X’fiha? Mhux kullhadd irid ikun bhan-nies. Mur arani Brussel tabib. Isma, ha nghidlek,jien ukoll naf is-sold naghmlu tnejn. Jien ma sirtx tabib jew avukat ghax ma mortx l-Universita, tafx.’

‘Xejn m’int qed tghid Marija.’

‘Ara kemm titqalleb Konsa ta Pespes kieku mmur. Tibda tarani fuq it-television ta kuljum. Ummi,x’gargarella taqbada kieku.Libsa sur ta nies ghandi, ghax hemm dik li libset ommi fit-tieg tieghi. Ghanda bzonn tfarfira imma libsa bhala zgur li Konsa ma rat qatt.’

‘Marija in-nies ma jmorrux Brussel biex jinku lil hbiebhom, imma ghax ikollhom xi haga x’joffru.’

‘U xi haga ma nirrangawx. Miljuni m’ghandiex imma xi laburist ma nsibx?’

‘X’laburist hu Marija. Lobbyist trid tghid.’

‘U iva, dak. Mhux l-istess?’

‘Marija mhux ahjar thallik mill-holm. Lilek qed jistennew Brussel tafx. Mur ghax Kola jkun qed jistenniek’

‘Hallini tabib nohlom. Bniedem ma tahmluhx jifrah. Tahsibx li jekk immur jien Brussel ma naghmilx hoss aktar minn x’whud. Kieku l-ewwel ma nghidilhom fuq il-bankina ta hdejna. Imbaghad nikxef lir-ragel ta Zolla, dik il-mahmuga l-ohra, ta kemm qed igib ghasafar minn barra. Xejn ma jiehdu gost ikunu jafu dawk b’xi haga bhal din.’

‘U hallina minnek Marija. Mela Brussel imorru jpacpcu fuq affarijiet bhal dawn!’

‘Ghax ma tghidx li ma tridx taghtini palata, tabib. Sewwa jghidu li intom il-laburisti biss taqdu. Ara tigix Zolla tghamillek xi wicc b’iehor u taqdiha. Hemmhekk niksru l-fus tabib.’

‘Marija, la int u l-anqas Zolla m’intom tajba biex tmorru Brussel. Min immure hemm irid ikollu daqsxejn ta skola.’

‘Xi hsibt tabib li qatt ma mort skola. Jien ghamilt sa sittax, u kull sena ghamiltha darbtejn. Veru li hrigt daqsxejn qabel imma dak ghax qabdet mieghi il-miss.’

‘Iva iva Marija. Ftit kien jonqsok biex tiggradwa.’

‘Ha nghidlek tabib, jien ta nies nohrogkom tafx. Skola daqskom forsi ma nafx, imma mill-wiehed sas-sitta naf nghod. Nill-ghaxra sas-sittin naf nitfixkel xi ftit.’

‘U isa Marija. Ara sa jkolli mmur u minhabba fik lanqas batteriji ma xtrajt, kif zammejtni bil kliem.’

‘Sahha tabib. U Brussel ma rridx immur. Jien ahjar minn hawn ma nsibx. Veru li xi miljun zejjed kont insib x’naghmel bih, imma mbaghad jien meta npoggi rasi fuq l-imhadda norqod inkun irrid. U haga ohra, hallik mill-batteriji. Kola tieghi xorta wahda baqa. Bihom u minghajrhom xorta wahda irrid naghajjat biex jismani.’

‘U int biex tghajjat l-ewwel tiehu Marija. Sahha ghalik u sellili ghal Kola.’

No comments:

Post a Comment