Maria kienet gejja lura mid-dawra
ta’filghodu kif giet wicc imb wicc ma Frangisku.
Kull meta tarah Frangisku dejjem
wicc Laskri, qatt bi tbissima fuq fommu. Imma illum Maria nnotat li kien gralu
xi haga specjali.
‘Hawn Frangisk xi gralek kemm
tidher hosbien?’
‘Hallini Mari ghax ma nafx fejn
ser naghti rasi. Dak it-tifel li ghandi ma jridx jaf bi skola.’
‘Allura, b’daqshekk? Il-hajja
mhux hekk sejra. Xi haga jrid ikollok. Trid tkun ma tghix f’dinja biex ma
jkollok xejn.’
‘Int ghalik xejn m’hu xejn.’
‘Ara dan. Hu mis-sur Fons, ghandu
flus kemm jesa gildu, imma jisthi lill-ommu u ma jafx min hu missieru.
Mill-banda l-ohra, il-baruni, ghalkemm wild familja sew m’ghandux karlin fuq
xiex jahlef. L-imghallem Ton li ghandu kemm gid u wkoll gej minn familja tajba,
imdejjaq ghax jghix wahdu. Freddie mizzewweg imma m’ghandux tfal. Patist li
ghandu kollox u wkoll tfal ma jafx fejn ser jaghti rasu ghax iz-zghir qabad
it-triq tad-drogi. Hemm Frangisk, f’hakka t’ghajn dawwartek dawra mar-rahal.’
‘Iva Mari imma mhux kullhadd
tieghu ihoss?’
‘Imissek thoss tieghi! Int
qieghed ottu u ssir ottantottu.
Imbaghad xi nghidu ghal Karmenu. Dejjem
ghix sew ma mara biezla u nadifa tazza. Hareg bil-pensjoni u beda jkun id-dar
aktar mis-soltu, u ghax il-mara bdiet tghidlu taghffigliex hawn u ccaqlaqliex
hemm, dejjqietu u qalilha li ahjar minghajra. Hatfitu fil-kelma u hemm, hares
lejh, jitqalleb f’dar ta’taht fuq.’
‘Imma kif tkun taf kollox Maria!’
‘Eh ruhi, trid tkun taf kollox
ghax b’hekk tara ta’ haddiehor u tinsa tieghek.’
‘Madankollu int kif int Maria?’
‘Jien dejjem l-istess Frangisk.
Ghadni kif gejja mill-isptar u qaluli li kollox sew ghandi. Ghamluli
t-testijiet kollha. Bdewli bl-SAG u qalbi kienet sew, u spiccawli bil-bubblegum
ghax ma nafx x’hassew f’sidri.’
‘Ghandi pjacir Maria. Ma kelliex
dubbju ghax minn dejjem kont mara b’sahhtek.’
‘Allura trid tara kemm dhaqna
Cikk. Dan giet tabiba zghira zghira biex tezaminani. Qaltli biex nimted u
nikxef zaqqi, u hekk ghamilt. F’hin minnhom missietni daqsxejn b’subajha u
staqsietni weggatniex. Ghidtilha li daqs kemm ma kien fiha xejn lanqas kieku
telghet toqmos fuq zaqqi ma kienet ser tweggani. In-nursijiet ma setghux jieqfu
mid-dahq.’
‘Alla jbierkek Maria int. Kull
fejn tkun tferrah lil kullhadd.’
‘Uwa jbierek qieghed ghax biex ma
tajjartx lil Zolla dalghodu bilfors li tani l-pacenzja.’
‘Jaqaw x’gara?’
‘Daqs kemm hi kiesha. Qeghda
tiffamfra ghax zewgha ta xi fjuri ghal San Valentino, u ghidtilha li Kola wkoll
gabli pastarda liema bhala. Ahna hekk maghmulin – dal-fjuri xi tridhom. Hekk
pastarda, ghamilna ikla liema bhala u ma kellna narmu xejn wara…’
‘Imma ghaliex kont ser itajjarha
lil Zolla?’
‘Ghax qbadtha titmejjel minn wara
dari. Hasbet li ma rajtiex. Ghidtilha – Zoll ruhi tidhaq xejn ghax ahjar
pastarda u taf li hi friska, milli fjuri u ghandhom mnejn ga dbielu. Ara ha
mmur ‘l hemm Cikk. Hadt gost li rajtek u hallik mit-tifel u l-iskola. Jien
skola sas-sittax biss ghamilt imma xorta rnexxili npoggilek tbissima fuq
wiccek.’
No comments:
Post a Comment