Wednesday, 22 October 2014

MARIA GHAND IL-GROCER



Ukoll meta ma kien ikolla bzonn tixtri xejn, Maria kienet titilqilha lejn Rozi ghax hemm dejjem kienet issib ma min tghid kelma. Ghaliha kien zvog. M’hawnx min imur il-kazini, jew jilghab it-tombla. Maria, ghand Rozi, kienet thossa wahda minn ta’ gewwa. Kienet lanqas tilhaq tidhol li l-kelma maddurx madwarha.

‘L-ghodwa t-tajba lil kulhadd. Xi gralek Gina ruhi qisek ilek ma tiekol gimgha?’

‘U xi tridu jigrili Mari’, mhux dawn il-mizati gholja ta’l-ezamijiet. F’hakka t’ghajn ma nafx kemm ser ikolla thallas aktar, ruhi qalbi binti. U mhux centezmu w tnejn gholew tafx. Minn 23 ghal 35 ewro, minn 21 ghal 28 ewro. U jekk taljena u tmur tard minn 47 igiegheluk thallas 70 ewro.’

‘X’inhi din. Din qabzitli.’

‘U zgur li taqbizlek. Ghax din m’ghamlux konferenza bhal ma ghamlu meta rohos il-petlor b’centezmu.’

‘Xi ttijha illum Gin. Mhux soltu tieghek daqs kemm int b’fommok sieket. Qalilkom li ma kienx ser inehhilhom l-istipendju lill-istudenti imma ma qalilhomx li l-ezamijiet ma kienx ser jghollihom. Issa jkollna noqghodu Gin. Imma serrah mohhok tafx ghax ser igibilna l-fuel bl-irhis mill-Libja.’

‘Jien li jimpurtani li t-tifla tkun tista tkompli bl-istudji taghha, Mari. Hadet opportunita’ bhal dik man-Nazzjonalisti.’’

‘Ara l-ohra. Xi fuel bl-irhis mill-Libja hu! Qal hekk, imma l-Libja issa bye bye. Bhal-pont ghal Ghawdex li qal li kienu lesti biex jibnu c-Cinizi – ukoll dak bye bye. U ha naraw kif inhi gejja din mac-Cinizi.’

‘M’hemmx ghalfejn ikunu Cinizi biex nibzaw minnhom, tafux. Kullhadd ghandu tieghu,’ qabzet tghid Zolla.

‘Sewwa qed tghid Zoll. Ma rajtx, ukoll mid-depot tal-pulizija nsterqet gizirana tiswa 24 elf ewro. Suppost mohhok mistrieh ghax qeghda ghand il-pulizija. Mhux ta’b’xejn kulhadd imwerwer mill-hallelin. Jinsterqu l-affarijiet mid-depot ahseb w ara minn ghand xi xiha misjura.’

‘issa lanqas tista sserrah mohhok fuq kelma li jaghtu. Jien niftakar qabel l-ahhar elezzjoni, meta Joseph kien ighidilna li certssimu u zgurissimu u li jekk ma jkunx hekk jirrizenja u li jaghti l-kelma tieghu, lir-ragel hekk ghidtlu ‘lil dan nivvotaw ghax kieku dak li jghid ma jkunx minnu, mhux ser jitkellem b’dan il mod cert.’’

‘u allura tippretendu li ghandu jzomm kelmtu u jirrizenja ghax l-affarijiet ma gewx kif qal hu? Kieku hekk tridu intom,’ regghet qabzet Zolla.

‘Ara Zoll jien ma rrid xejn. Jien qatt ma kelli bzonn lil hadd. Lili hadd ma jgibuli shun. Li qed tghid Gina hu li mhux sew qabel l-elezzjoni titkellem mod biex tinganna, u wara tagixxi mod iehor. Issa jirrizenja jew ma jirrizenjax affari tieghu u ta’ wiccu. Li nghidlek jien li lanqas kieku jrid ma jista jirrizenja ghax mur ara x’taghmillu Michelle. Dik issa drat tidher bil-bobba nice fuq it-televixin. Kif tista terga lura ghall-hut ta’Burmarrad? U l-biznis fi New York kif tlahhaq mieghu? Kif ser tghix minghajr il-Girgenti u l-palazz l-iehor? Ma tarax.’

‘Imma kemm tiflah tkun ilsienek hazin Maria.’

‘Jekk ghidt xi haga li mhux minnha nitlob skuza, jew nirrizenja kieku kelli minn xiex. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax kull fejn tkun int Zoll dejjem bil-glied. Sahha Rozi.’     



Wednesday, 15 October 2014

MARIA U KOLA


Maria w Kola rritiraw kmieni ghax wiehed kien ghajjien mejjet u Maria dahlet taqra fis-sodda.

‘Kol, Kol ara dan. Qed ighidu li harab minn Malta u halla xi 40 miljun ewro dejn.’

‘Hallini norqod Mari’. Jien x’jippurtani.’

‘Torqod? U hallik milli torqod. Telaq bil-familja b’kollox. Filli hawn, u filli ma jafux fejn mar. Ukoll is-seftura, marret bhas-soltu u ma sabet lil hadd.’

‘Min hu dan Mari’. Xi hadd li nafu?’

‘Mnalla li ma nafuhx ghax bhal li kieku xejn kien jislohna minn xi sold. Madan kollu dan mhux sold u tnejn ha. Jekk ma taghtihx 200,000 ewro ma kienx idahhlek fil-biznis.’

‘u dan il-200.000 ewro mnejn tridni ngibhom Mari’? bix-xoghol,kif dejjem ghamilt jien, hotba trabbi mela 200,000 ewro! Imma min hu dan Mari’’

‘Kugin ta’ xi ras kbira milli jidher. U kemm qassam flejjes fi zmienu. Dik li ma riditniex nidhlu fl-Ewropa ghaddilha xi 70,000. U allura lill-kugin xi haga ma tahx.. ghal xi ghan nobbli?’

‘Ghandek tghid kif sirna hawn Malta. Din gejja xi bicca xoghol ohra ghall-pulizija. Mhux bizzejjed ghandhom xoghol.’

‘X’qed tghid Kol! Li ma kienitx tal- Malta Today u Defni kieku ma nafu b’xejn. L-aktar jekk hu xi wiehed ta Taghna Lkoll.’

‘Jien ma nafx, imma meta tara daqsxejn ta’tifel bil kemm ghalaq it-tletin sena b’dak il-gid kollu – karozzi, vilel, u lussu liema bhalu, il-pulizija ghanda toghrok ghajnejha.’

‘Dalwaqt nghidlek x’toghrok Kol. Il-pulizija ma xi haga hafifa biex taghmel show taqbad mela kobba mhabbla bhal din. Haga bhal din ftit minn kollox ikun fiha – flus, drogi, serq, qtil, usura.. Inti xi kultant fidil Kol. Din biex tmut fuq ommha ma trid xejn. Int m’intiex tara,biex ghamel inkjesta l-ministru kellhom ihammrulu wiccu tal-gazzetti. Imbaghad meta haseb li kienu insew qalilhom li ghadu jahdem fuqha, u wara li ghadda z-zmien qed ighid li mhux ser ighid x’fiha.’

‘Sirna qisna rahal fl’Afrika, min jiflah jaghmel li jrid.’

‘Smajtha din Kol? Faqqet fl-ahhar. Mhix ser tkun lesta l-power station f’Marzu. Basta kemm qal li konvintissimu, u li jirrizenja jekk din ma ssirx. Kellhom ragun in-Nazzjonalisti jghidulu li kien qed johlom. U x’road map road map, ta’ruh ommu r-road map. Iparla bl-addocc kien qieghed. Ara l-iehor tiela w niezel ic-Cina jzur il-mara w it-tfal minn fuq darna attaparsi fuq xoghol. U le sew qeghdin.’

‘Mari’, jien dhalt fis-sodda biex nistrieh tafx. Ara hallini bi kwieti ghax b’dan it-tahwid kollu tajjartli n-nas. Ara konna tant sew qabel. Nitghajru fuq xi arlogg tal-lira jew xi partita futbol. Kemm thawdu l-affarijiet issa.’

‘Idahhaqni Kol int. Tghid li tinkwieta ruhek imbaghad trid torqod bla hsieb. Joseph kien qalilna ‘you vote Labour you get Labour’ Jekk dejjem gideb dik id-darba is-sewwa qal.

Wednesday, 8 October 2014

MARIA ISEGWI L-AHBARIJIET.



Illum xejn ma tiflah Maria u ddecidiet li tibqa fis-sodda tara t-televixin.

‘X’kull wahda, qatt ma niehu gurnata off jiena. Dejjem minn haga ghall-ohra jum wara l-iehor. Illum hawn ser inqattahha. Kieku Joseph dahhalni mall-gvern, kieku kull gimgha ghandi gurnata off, ghax jekk mhux leave inkun sick. Kol, giebli mug kafe’ u ixegheli t-tv, pleese.

Isa, ara, ser jibdew l-ahbarijiet. U ajma din ser taqrhom, dejjem qisa wicc laskri, kieku qatt titbissem wahda.

Kol, Kol isma din. Budget ghal min hu biezel gej, qalilhom Joseph. Ara kif iridu jahdmuhulu! L-aktar bil-laburisti li dahhal godda. Dawk dahlu biex ipappuhilu.

U ajma dan Joseph kollox bil-kontra. L-ahhar darba, hiereg minn Kastilja mal-ministri kollha glekkijiet, kien bil jeans, u hawn f’kazin laburista ma qabda hamalli bil-flokkijiet, qieghed bis-sjut. U bil-buttuna maqfula wkoll.

Gie l-iehor issa. U mur ‘l hem purcinell. Mela qabel mhux kuntratturi kien hemm ukoll. Mhux int ghidt li sa Ottubru tkunu tistghu tidhlu fil-bini l-gdid. Bhal tal-Arriva din. Imbasta qridtuhom, biex s’issa ghadna bit-trasport inhallsuh ahna. U  l-power station li kella tkun tahdem f’Marzu lanqas biss hjiel taghha. Ara twahhalx f’Gonzi wkoll. It-tort ta’kollox kontu taghtuh. Kieku kien hemm fil-hbit tat-torok fuq Malta kien jehel hu wkoll.’

Kola joffrilha mug kafe’iehor forsi kien ixottalha lsienha.
‘Iva ghalaq halek Kol, ma thalliex lil min jisma.

Ee, tarax, sejra ma tidhirx. U ahjar Alla jaghtini l-pacenzja. Iva dawn ahbarijiet turina li marret ghal laqgha? X’kien ma haditx it-tewmin maghha! U dik x’libset qisa sejra xi tieg.

Ser tieqfu ghal ftit riklami! Dawn ghax ma taghmluhomx wara? Kol ej ghajni daqsxejn ghax din is-sodda kissritni. Ma nafx kif jaghmlu joqghodu granet shah fis-sodda. Kwiet Kol ghax regghu bdew.

Ara Simon kemm ilu ma jidher. X’kien gabu xi haga fuqu dawn l-ghoggieba. Kemm hu pulit ghandek tghid. U hallihom ighidulek li int negattiv, mela l-iswed tista tghidlu abjad x’kullwahda. Mhux veru li bil-flus li gibtu intom li qeghdin jiddandnu llum? Ghad jispiccaw ighidu li dahhluna huma fl-Ewropa, ghax ighidu hekk illum, jirrepetuha ghada, fl-ahhar jikkonvincu, mhux lil kull min jismaghhom imma lilhom stess ukoll.

Dan min hu? Kullhadd inbidel. Tghid dan xi wiehed li kien jahdem is-super one? Iva int Kol, kieku tiehu xi hjiel minnek. Ghandek demmek ta’baqqa. Kieku jinkwietak xi haga.

Regghu jridu l-flus milli jidher. Jekk mhux ghal haga ghal ohra. Ghal min qed jigbru issa? Iva ghollilu ftit Kol. Fejnu r-rimot.

Dawk il-kaccaturi li telghu l-belt? Ghajma hargu tar-rgiel. U zgur, dawk bir-rih li taghom Joseph hasbu li jistghu jaghmlu li jridu. Ma jafux li issa l-elezzjoni ghaddiet, u issa irridu indoqqu diska ohra.

Ara, Kol itfilu ghax il-futbol ma jinteressaniex. U hallik mit-televixin issa. Ejja naraw x’ghandna x’naghmlu u l-futbol arah darb’ohra.       

Wednesday, 1 October 2014

MARIA U KONSA



 Kien waqa certu kwiet fir-rahal u hekk kif iltaqghu fuq iz-zuntier tal-knisja, Konsa waqfet lil Maria.

‘Kos, Maria, minn mindu telaq il-princep qisu waqa certu kwiet fil-madwar. Sirna qisu m’ahna xejn minghajru.’

‘U mur ‘l hemm. Dak ghax kullhadd imsiefer - Mar luiz ghand il-Papa, Joseph New York..’

‘Kemm qed jahdmu ghandek tghid.’

‘Mhux hekk. Divertita wara l-ohra trid tghid. Kemm kienu jghidu ghall-ohrajn, u issa qisu xejn m’hu xejn.’

‘Imma Maria dawn affarijiet li jridu jsiru.’

‘Mhux hekk. Ukoll li titla r-razza w radika kollha maghhom. Ma Mar luiz s’intendi tela zewgha, l-ministru taz-Zejtun, u m’ghandniex xi nghidu bil-mara mieghu. Taf kemm gid qed jaghmlu lil Malta!!’

‘Min jaf kemm tigihom. Xi spiza.’

‘Int fidila Kons, tafx. Kollox jien u int inhallsu, mela huma. Kieku tghid li darba kull tant itellghu n-nisa maghhom, nifhimha, imma kemm ilhom hemm Michelle t-tielet darba li telghet l-Amerka.’

‘Tlett darbiet! Mela ghanda lil min izzur?’

‘u bit-tewmin maghhom. Mhux hekk jixraq? Nuruhom lil Obama. Ma jitilfux cans bhal dan, hux.’

‘u dan kollu minn fuq darna..’

‘imma imbaghad lill-poplu naghmlulu kuncert b’xejn biex joqghod bi kwietu, s’intendi minn fuq darna wkoll. Jew nivvintaw xi daqsxejn tejatrin biex naljenawh.’

‘bhal tal-guy li qalilna li vvota ghall-Ewropa. Sewwa lilna tghidx kemm qalilna kontra u hu ivvota favur. Jekk trid temnu.’

‘Ghandek tghid sewwa jghidu li qatt ma tkun taf fejn int ma dawn in-nies. Bhal ma gralu t-tifel ta’Tonina, is-surgent. Haseb li qed jaghmel id-dover tieghu tella suldat quddiem il-kurunell ghax bi ksuhat kisser locker jiswa 300 ewro, u aqta x’qallu l-kurunell?’

‘Ha nghidlek jien, tridx? Qallu qatt m’ghamilt xejn hazin int? u l-isuldat qallu biex ma jergax.’

X’affarijiet dawn. Ara x’baqa fih?’

‘Li ma ghidtlekx Kons hu li s-suldat inzerta t-tifel tax-xufier tal-ministru, u li ftit qabel il-kurunell kien ghadu kemm ha telefonata mill-ministeru.’

‘mnalla li ghadni kemm blajtlu zewg sinniet tewm ghax kieku aqta kif telghetli l-pressjoni. Sahha ghalik Mari’. Issa minn dan nistennew.’