Kien waqa certu kwiet fir-rahal u hekk kif
iltaqghu fuq iz-zuntier tal-knisja, Konsa waqfet lil Maria.
‘Kos, Maria, minn mindu telaq il-princep qisu
waqa certu kwiet fil-madwar. Sirna qisu m’ahna xejn minghajru.’
‘U mur ‘l hemm. Dak ghax kullhadd imsiefer -
Mar luiz ghand il-Papa, Joseph New York..’
‘Kemm qed jahdmu ghandek tghid.’
‘Mhux hekk. Divertita wara l-ohra trid tghid.
Kemm kienu jghidu ghall-ohrajn, u issa qisu xejn m’hu xejn.’
‘Imma Maria dawn affarijiet li jridu jsiru.’
‘Mhux hekk. Ukoll li titla r-razza w radika
kollha maghhom. Ma Mar luiz s’intendi tela zewgha, l-ministru taz-Zejtun, u
m’ghandniex xi nghidu bil-mara mieghu. Taf kemm gid qed jaghmlu lil Malta!!’
‘Min jaf kemm tigihom. Xi spiza.’
‘Int fidila Kons, tafx. Kollox jien u int
inhallsu, mela huma. Kieku tghid li darba kull tant itellghu n-nisa maghhom,
nifhimha, imma kemm ilhom hemm Michelle t-tielet darba li telghet l-Amerka.’
‘Tlett darbiet! Mela ghanda lil min izzur?’
‘u bit-tewmin maghhom. Mhux hekk jixraq?
Nuruhom lil Obama. Ma jitilfux cans bhal dan, hux.’
‘u dan kollu minn fuq darna..’
‘imma imbaghad lill-poplu naghmlulu kuncert
b’xejn biex joqghod bi kwietu, s’intendi minn fuq darna wkoll. Jew nivvintaw xi
daqsxejn tejatrin biex naljenawh.’
‘bhal tal-guy li qalilna li vvota ghall-Ewropa.
Sewwa lilna tghidx kemm qalilna kontra u hu ivvota favur. Jekk trid temnu.’
‘Ghandek tghid sewwa jghidu li qatt ma tkun taf
fejn int ma dawn in-nies. Bhal ma gralu t-tifel ta’Tonina, is-surgent. Haseb li
qed jaghmel id-dover tieghu tella suldat quddiem il-kurunell ghax bi ksuhat
kisser locker jiswa 300 ewro, u aqta x’qallu l-kurunell?’
‘Ha nghidlek jien, tridx? Qallu qatt m’ghamilt
xejn hazin int? u l-isuldat qallu biex ma jergax.’
X’affarijiet dawn. Ara x’baqa fih?’
‘Li ma ghidtlekx Kons hu li s-suldat inzerta
t-tifel tax-xufier tal-ministru, u li ftit qabel il-kurunell kien ghadu kemm ha
telefonata mill-ministeru.’
‘mnalla li ghadni kemm blajtlu zewg sinniet
tewm ghax kieku aqta kif telghetli l-pressjoni. Sahha ghalik Mari’. Issa minn
dan nistennew.’
No comments:
Post a Comment