Wednesday, 15 October 2014

MARIA U KOLA


Maria w Kola rritiraw kmieni ghax wiehed kien ghajjien mejjet u Maria dahlet taqra fis-sodda.

‘Kol, Kol ara dan. Qed ighidu li harab minn Malta u halla xi 40 miljun ewro dejn.’

‘Hallini norqod Mari’. Jien x’jippurtani.’

‘Torqod? U hallik milli torqod. Telaq bil-familja b’kollox. Filli hawn, u filli ma jafux fejn mar. Ukoll is-seftura, marret bhas-soltu u ma sabet lil hadd.’

‘Min hu dan Mari’. Xi hadd li nafu?’

‘Mnalla li ma nafuhx ghax bhal li kieku xejn kien jislohna minn xi sold. Madan kollu dan mhux sold u tnejn ha. Jekk ma taghtihx 200,000 ewro ma kienx idahhlek fil-biznis.’

‘u dan il-200.000 ewro mnejn tridni ngibhom Mari’? bix-xoghol,kif dejjem ghamilt jien, hotba trabbi mela 200,000 ewro! Imma min hu dan Mari’’

‘Kugin ta’ xi ras kbira milli jidher. U kemm qassam flejjes fi zmienu. Dik li ma riditniex nidhlu fl-Ewropa ghaddilha xi 70,000. U allura lill-kugin xi haga ma tahx.. ghal xi ghan nobbli?’

‘Ghandek tghid kif sirna hawn Malta. Din gejja xi bicca xoghol ohra ghall-pulizija. Mhux bizzejjed ghandhom xoghol.’

‘X’qed tghid Kol! Li ma kienitx tal- Malta Today u Defni kieku ma nafu b’xejn. L-aktar jekk hu xi wiehed ta Taghna Lkoll.’

‘Jien ma nafx, imma meta tara daqsxejn ta’tifel bil kemm ghalaq it-tletin sena b’dak il-gid kollu – karozzi, vilel, u lussu liema bhalu, il-pulizija ghanda toghrok ghajnejha.’

‘Dalwaqt nghidlek x’toghrok Kol. Il-pulizija ma xi haga hafifa biex taghmel show taqbad mela kobba mhabbla bhal din. Haga bhal din ftit minn kollox ikun fiha – flus, drogi, serq, qtil, usura.. Inti xi kultant fidil Kol. Din biex tmut fuq ommha ma trid xejn. Int m’intiex tara,biex ghamel inkjesta l-ministru kellhom ihammrulu wiccu tal-gazzetti. Imbaghad meta haseb li kienu insew qalilhom li ghadu jahdem fuqha, u wara li ghadda z-zmien qed ighid li mhux ser ighid x’fiha.’

‘Sirna qisna rahal fl’Afrika, min jiflah jaghmel li jrid.’

‘Smajtha din Kol? Faqqet fl-ahhar. Mhix ser tkun lesta l-power station f’Marzu. Basta kemm qal li konvintissimu, u li jirrizenja jekk din ma ssirx. Kellhom ragun in-Nazzjonalisti jghidulu li kien qed johlom. U x’road map road map, ta’ruh ommu r-road map. Iparla bl-addocc kien qieghed. Ara l-iehor tiela w niezel ic-Cina jzur il-mara w it-tfal minn fuq darna attaparsi fuq xoghol. U le sew qeghdin.’

‘Mari’, jien dhalt fis-sodda biex nistrieh tafx. Ara hallini bi kwieti ghax b’dan it-tahwid kollu tajjartli n-nas. Ara konna tant sew qabel. Nitghajru fuq xi arlogg tal-lira jew xi partita futbol. Kemm thawdu l-affarijiet issa.’

‘Idahhaqni Kol int. Tghid li tinkwieta ruhek imbaghad trid torqod bla hsieb. Joseph kien qalilna ‘you vote Labour you get Labour’ Jekk dejjem gideb dik id-darba is-sewwa qal.

No comments:

Post a Comment