Wednesday, 22 October 2014

MARIA GHAND IL-GROCER



Ukoll meta ma kien ikolla bzonn tixtri xejn, Maria kienet titilqilha lejn Rozi ghax hemm dejjem kienet issib ma min tghid kelma. Ghaliha kien zvog. M’hawnx min imur il-kazini, jew jilghab it-tombla. Maria, ghand Rozi, kienet thossa wahda minn ta’ gewwa. Kienet lanqas tilhaq tidhol li l-kelma maddurx madwarha.

‘L-ghodwa t-tajba lil kulhadd. Xi gralek Gina ruhi qisek ilek ma tiekol gimgha?’

‘U xi tridu jigrili Mari’, mhux dawn il-mizati gholja ta’l-ezamijiet. F’hakka t’ghajn ma nafx kemm ser ikolla thallas aktar, ruhi qalbi binti. U mhux centezmu w tnejn gholew tafx. Minn 23 ghal 35 ewro, minn 21 ghal 28 ewro. U jekk taljena u tmur tard minn 47 igiegheluk thallas 70 ewro.’

‘X’inhi din. Din qabzitli.’

‘U zgur li taqbizlek. Ghax din m’ghamlux konferenza bhal ma ghamlu meta rohos il-petlor b’centezmu.’

‘Xi ttijha illum Gin. Mhux soltu tieghek daqs kemm int b’fommok sieket. Qalilkom li ma kienx ser inehhilhom l-istipendju lill-istudenti imma ma qalilhomx li l-ezamijiet ma kienx ser jghollihom. Issa jkollna noqghodu Gin. Imma serrah mohhok tafx ghax ser igibilna l-fuel bl-irhis mill-Libja.’

‘Jien li jimpurtani li t-tifla tkun tista tkompli bl-istudji taghha, Mari. Hadet opportunita’ bhal dik man-Nazzjonalisti.’’

‘Ara l-ohra. Xi fuel bl-irhis mill-Libja hu! Qal hekk, imma l-Libja issa bye bye. Bhal-pont ghal Ghawdex li qal li kienu lesti biex jibnu c-Cinizi – ukoll dak bye bye. U ha naraw kif inhi gejja din mac-Cinizi.’

‘M’hemmx ghalfejn ikunu Cinizi biex nibzaw minnhom, tafux. Kullhadd ghandu tieghu,’ qabzet tghid Zolla.

‘Sewwa qed tghid Zoll. Ma rajtx, ukoll mid-depot tal-pulizija nsterqet gizirana tiswa 24 elf ewro. Suppost mohhok mistrieh ghax qeghda ghand il-pulizija. Mhux ta’b’xejn kulhadd imwerwer mill-hallelin. Jinsterqu l-affarijiet mid-depot ahseb w ara minn ghand xi xiha misjura.’

‘issa lanqas tista sserrah mohhok fuq kelma li jaghtu. Jien niftakar qabel l-ahhar elezzjoni, meta Joseph kien ighidilna li certssimu u zgurissimu u li jekk ma jkunx hekk jirrizenja u li jaghti l-kelma tieghu, lir-ragel hekk ghidtlu ‘lil dan nivvotaw ghax kieku dak li jghid ma jkunx minnu, mhux ser jitkellem b’dan il mod cert.’’

‘u allura tippretendu li ghandu jzomm kelmtu u jirrizenja ghax l-affarijiet ma gewx kif qal hu? Kieku hekk tridu intom,’ regghet qabzet Zolla.

‘Ara Zoll jien ma rrid xejn. Jien qatt ma kelli bzonn lil hadd. Lili hadd ma jgibuli shun. Li qed tghid Gina hu li mhux sew qabel l-elezzjoni titkellem mod biex tinganna, u wara tagixxi mod iehor. Issa jirrizenja jew ma jirrizenjax affari tieghu u ta’ wiccu. Li nghidlek jien li lanqas kieku jrid ma jista jirrizenja ghax mur ara x’taghmillu Michelle. Dik issa drat tidher bil-bobba nice fuq it-televixin. Kif tista terga lura ghall-hut ta’Burmarrad? U l-biznis fi New York kif tlahhaq mieghu? Kif ser tghix minghajr il-Girgenti u l-palazz l-iehor? Ma tarax.’

‘Imma kemm tiflah tkun ilsienek hazin Maria.’

‘Jekk ghidt xi haga li mhux minnha nitlob skuza, jew nirrizenja kieku kelli minn xiex. Ara ha nitlaq ‘l hemm ghax kull fejn tkun int Zoll dejjem bil-glied. Sahha Rozi.’     



No comments:

Post a Comment