Wednesday 8 October 2014

MARIA ISEGWI L-AHBARIJIET.



Illum xejn ma tiflah Maria u ddecidiet li tibqa fis-sodda tara t-televixin.

‘X’kull wahda, qatt ma niehu gurnata off jiena. Dejjem minn haga ghall-ohra jum wara l-iehor. Illum hawn ser inqattahha. Kieku Joseph dahhalni mall-gvern, kieku kull gimgha ghandi gurnata off, ghax jekk mhux leave inkun sick. Kol, giebli mug kafe’ u ixegheli t-tv, pleese.

Isa, ara, ser jibdew l-ahbarijiet. U ajma din ser taqrhom, dejjem qisa wicc laskri, kieku qatt titbissem wahda.

Kol, Kol isma din. Budget ghal min hu biezel gej, qalilhom Joseph. Ara kif iridu jahdmuhulu! L-aktar bil-laburisti li dahhal godda. Dawk dahlu biex ipappuhilu.

U ajma dan Joseph kollox bil-kontra. L-ahhar darba, hiereg minn Kastilja mal-ministri kollha glekkijiet, kien bil jeans, u hawn f’kazin laburista ma qabda hamalli bil-flokkijiet, qieghed bis-sjut. U bil-buttuna maqfula wkoll.

Gie l-iehor issa. U mur ‘l hem purcinell. Mela qabel mhux kuntratturi kien hemm ukoll. Mhux int ghidt li sa Ottubru tkunu tistghu tidhlu fil-bini l-gdid. Bhal tal-Arriva din. Imbasta qridtuhom, biex s’issa ghadna bit-trasport inhallsuh ahna. U  l-power station li kella tkun tahdem f’Marzu lanqas biss hjiel taghha. Ara twahhalx f’Gonzi wkoll. It-tort ta’kollox kontu taghtuh. Kieku kien hemm fil-hbit tat-torok fuq Malta kien jehel hu wkoll.’

Kola joffrilha mug kafe’iehor forsi kien ixottalha lsienha.
‘Iva ghalaq halek Kol, ma thalliex lil min jisma.

Ee, tarax, sejra ma tidhirx. U ahjar Alla jaghtini l-pacenzja. Iva dawn ahbarijiet turina li marret ghal laqgha? X’kien ma haditx it-tewmin maghha! U dik x’libset qisa sejra xi tieg.

Ser tieqfu ghal ftit riklami! Dawn ghax ma taghmluhomx wara? Kol ej ghajni daqsxejn ghax din is-sodda kissritni. Ma nafx kif jaghmlu joqghodu granet shah fis-sodda. Kwiet Kol ghax regghu bdew.

Ara Simon kemm ilu ma jidher. X’kien gabu xi haga fuqu dawn l-ghoggieba. Kemm hu pulit ghandek tghid. U hallihom ighidulek li int negattiv, mela l-iswed tista tghidlu abjad x’kullwahda. Mhux veru li bil-flus li gibtu intom li qeghdin jiddandnu llum? Ghad jispiccaw ighidu li dahhluna huma fl-Ewropa, ghax ighidu hekk illum, jirrepetuha ghada, fl-ahhar jikkonvincu, mhux lil kull min jismaghhom imma lilhom stess ukoll.

Dan min hu? Kullhadd inbidel. Tghid dan xi wiehed li kien jahdem is-super one? Iva int Kol, kieku tiehu xi hjiel minnek. Ghandek demmek ta’baqqa. Kieku jinkwietak xi haga.

Regghu jridu l-flus milli jidher. Jekk mhux ghal haga ghal ohra. Ghal min qed jigbru issa? Iva ghollilu ftit Kol. Fejnu r-rimot.

Dawk il-kaccaturi li telghu l-belt? Ghajma hargu tar-rgiel. U zgur, dawk bir-rih li taghom Joseph hasbu li jistghu jaghmlu li jridu. Ma jafux li issa l-elezzjoni ghaddiet, u issa irridu indoqqu diska ohra.

Ara, Kol itfilu ghax il-futbol ma jinteressaniex. U hallik mit-televixin issa. Ejja naraw x’ghandna x’naghmlu u l-futbol arah darb’ohra.       

No comments:

Post a Comment