Maria w Kola spiccaw
mill-ikla ta’ filghaxija u ddecidew li jmorru jaraw id-dibattitu taz-zewg
mexxejja li kellu jintwera’ fuq it-televixin.
‘Tridx imorru l-kazin tal-banda, Kol? Jekk xejn nghidu
kelma.’
‘Int isegwi d-dibattitu trid, Mari’, jew tghid kelma!’
Il-kazin kien mimli, imma Maria malajr sabet post, kemm
ghaliha kif ukoll ghal Kola, u m’ghandniex xi nghidu, fuq quddiem. Id-dibattitu
beda u minnufih waqet fuq il-ghaliex Joseph ma nehhiex lil Konrad u Keith.
‘X’qal dan? Ghax kellu bzonnhom? Mela lilhom biss kellu.
Mela l-ohrajn tigieg! Lanqas staha wkoll. Possibbli ma’ hadux ghalihom.’
‘ Bizzejjed ha nisimghu Mari’’
‘ Isma x’qallu. Min ma jiggielidx il-korruzzjoni korrot hu
wkoll. Mela ghandna korrotti madwarna.’
‘Iva ghalaq halqek daqsxejn.’
‘U x’naghlaq naghlaq. Mhux veru. Hawn dan, tar-rahal, mhux
imbilli jintona t-tedew fil-festa u jilaghba tal-qaddis. Ma fetahx halqu ghal
din il-korruzzjoni li hawn.’
Malajr beda dibattitu bejniethom u addio televixin.
‘ Isma, ha nghidlek Mari’’ gholla lehnu Konsu tal-Lejber,’M’iniex
ser nghid li m’hawnx korruzzjoni, imma trid tkun tal-gebel biex ighaddu dawk
il-flejjes kollha minn taht idejk, u ma tbilx subajk xi ftit.’
‘ Imma dawn mhux subajhom billu Kons, dawn inxtehtu b’ruhom
u gisimhom fil-mejjilla. Ghandek tghid kemm
tirraguna Kons, taf li qed jisirqu u taghtihom ragun. X’ghamad ghandkom quddiem
ghajnejkom, ma jitwemminx.’
‘ Imma Mari’ ahna z-zghar mhux bilfors il-Lejber irridu
nivvotaw.’
‘X’inti tghid, Kons, mela l-Lejber ghadu l-partit taz-zghir?
Hlief jindesu mas-sinjuri mhumiex. Hemm ahna medda shiha taz-Zonqor hada
bix-xejn sinjurun arbi, l-ITS l-istess, imbaghad bicca appartament imgiddem
ghaz-zghir m’ghamilx tul dawn l-erba snin.’
‘U tghid issa ma jaghmilx. Joseph li jwieghed jaghmlu.’
‘ Ruh ommok jaghmel Kons. Kieku, dik hi l-ghajta ghax ma
baqax poster li ma wahhaltux li dak li jwieghed iwettqu. Imma bejn il-kliem u
l-fatti hemm bahar jikkumbatti. Intom hekk tahdmuh lill-poplu. Tghidu llum,
tghidu ghada. Tigdbu llum, tigdbu ghada. Sa fl-ahhar temmnu lilkom nnifiskom.’
‘Iva, Mari’ tidbaqbaqx ghax taghtik xi fewga.’
‘ Ara tithajjarx tghajjarni wkoll. Ghax issa hekk hadtu
drawwa. Tippridkaw l-imhabba u kif ser taghqdu poplu, imbaghad halli ghalikom
biex ixerrdu t-tghajjir. Ghidlu jigi ighid lili ‘ciken’. Imissu jisthi. Dak
agir ta’ priministru? Jien u Zolla r-rahal t’isfel nitghajjru b’dak il-mod.’
‘ Kol, tahseb li qed tghid sew Maria? Ghid kelma int.’
‘ U xi tridu jghid. Ara Kol ejja nitilqu ‘l hemm ghax dawn
dibattitu ma jhallukx tarah bil-kwiet.’
No comments:
Post a Comment