Tuesday, 9 May 2017

WARA L-MEETING

Maria w Zolla it-tnejn kienu gejjin lura mill-meetings li dik il-gurnata ghamlu z-zewg partiti. It-tnejn kienu ghajnhom mimlija bil-folol kbar li kellhom.


‘Xi tlift Maria. Dak meeting li kelna. Qatt f’ghomri ma rajt daqshekk nies. Kien hemm nofs Malta.’

‘U n-nofs l-iehor kienu fil-meeting taghna Zoll. Kemm int bela’ ghadek taghti kas ta’kemm jigu nies. Mhux dawk li gew ser ighoddu, imma dawk li ma gewx.’

‘Trid tara kemm fehmna tajjeb x’ser jaghmel Joseph hekk kif jerga jitla. Qalilna li ser inehhi l-wires kollha zejda li hemm fit-toroq.’

‘Zoll ruhi jekk veru ried inehhi l-wires kien ghad baqa sena shiha biex jaghmel dan, u mela jigi jsejjah elezzjoni sena qabel. X’kull wahda din – ser inehhi l-wires tat-toroq! Ghax ma jbajjadilniex il-faccata kif ikun fiz-zifna. Taf x’missu qalilkom, x’ser jaghmel b’dak il-miljun fil-kont ta’martu.’

‘u ajma kemm ser idumu sejrin biha. Dawn kollha gideb. Joseph qalilna li m’ghandkomx provi.’

‘Ara din x’inhi fidila. Xi tridu jghidilkom. Capcaptulux ukoll?  Mhux ga qalilkom? Ghalfejn tahseb li sejjah elezjoni qabel il-waqt? U x’provi tridu aktar milli isem martu bl-iswed fuq l-abjad?’

‘ Dak ma jfisser xejn qalilna, ghax dak jaf ikun pingitu Defni.’

‘ Iva, u pingiet ukoll il-kontijiet fil-Panama, it-tixhim tal-kasku, il-ftehim tal-Kafe Premier, il-kuntratt ma’Gaffarena… Taqta nifsek issemmi kollox.’

‘ Maria dan kollu tivvintawh intom. Poggi r-radju fuq il-One u tara li kif qed nghidlek jien. Taf ukoll x’qalilna Joseph, li ser jillegalizza il-qohob..’

‘Isa, ser jaghmel wahda tajba Zoll, forsi ssib in-nicca tieghek, u jekk xejn il-kaxxa ta’Malta tiffranka s-safra ta’xi ministru ghax ma jkollux ghalfejn imur Kapulco.’

‘Imma kemm ghandek ilsienek hazin Mari’. Mhux kullhadd ghandu jkollu l-izvog tieghu.’

‘Mhux hekk Zoll. Mhux hekk. Ghandek tghid mort hlejt nofs ta nhar biex toqghod tisma fuq il-qohob u l-wires. Ha nghidlek Zoll, kemm Joseph taghkom jitmejjel mill-proxxmu tieghu. Tmellah mill-povra studenti li f’Gunju jkollhom l-ezamijiet, tmellah mit-tfal li ser jaghmlu l-precett, minn min kien ilu bbukjat biex isiefer. Hemm ruhi qalbi, it-tifla ta’ Mansweta ila tipprepara ghat-tieg taghha fit-3 ta’Gunju sentejn biex issa kollox ser itirilha mar-rih.’

‘ iva, imma x’taghmel, hux! Mari’,intom Simon ma qalilkom xejn x’ser jaghmel hu?’

‘Ma qalilna xejn? Simon dejjem bis-sens jitkellem. Ha nghidlek x’qalilna. Li jcedi l-poter kollu li ghandu l-priministru li jaghzel hu lil min irid u jara li, bhall-kumissarju tal-pulizija jkun maghzul miz-zewg nahat. Dik serjeta’, mela kif qeghdin illum, ghadna kumissarju li jara u jisma meta jgebbidlu l-ispaga Joseph.’

‘ Din ma qalulniex fuq il-One. Mhix xi gidba ohra minn taghkom hux?’

‘ Gidba sabih. Dawn proposti, mela il-wires u l-qohob li gejtu bihom intom. Ha nghidlek Zoll, fittex iftah ghajnejk ghax bi cwiec bhalek ser inbatu ahna lkoll.’

‘ Imma jien, mhux ghax irrid Mari’, jien kif jibda jitkellem Joseph jisraqli mohhi u johodni fejn irid hu, u wkoll jekk inkun irrid indahhal xi kelma, b’ta’ madwari ma nistax. Ma tarax, sibt ruhi ncapcap meta qalilna li ser ikollna elezzjoni. Jien xtaqt inkomplu s-sena li baqalna, imma jekk Joseph qal hekk, sinjal li hekk jaqbel.’

‘ Zoll, kull meta jkun hemm il-Labour fil-gvern dejjem bil-kwistjonijiet. Pajjiz ma tafux thalluh jimxi normali. Jekk mhux korruzzjoni,vjolenza…’

‘Imma dak ghax intom ma thalluniex nahdmu. Dejjem issibu x’taqalaw.’

‘ Ajma jmissna ma nzommulkomx. Kieku dal-pajjiz la indipendenza m’ghandu, la dhalna fl-unjoni Wropeja u lanqas ghandu dal-gid kollu li qed jiddandan bih Joseph u Mari’Antonett. Smajt li marret tigbor xi affarijiet minn Villa Francija.’

‘Ma nafx, jien lili qatt ma stidnitni hemm.’

‘Ma tarax li lilek mhux ser tistidnek hemm. Int l-ewwel trid titla fil-mittel klas imbaghad, imbaghad naraw. Ghalissa mur biss capcap.’

‘ Inhossni bajtra meta nitkellem mieghek Mari’. Kemm nixtieqek kieku titkellem ma’Joseph. Dak zgur jikkonvincik.’

‘ Mela dak ser jitkellem mieghi. Ma rajtux, lanqas ma’ Marlene ma ried jitkellem. Ukoll ma’ Simon dam snin biex jiddibatti mieghu, u fl-ahhar ghax bilfors. Is-sahha ta’Joseph meta jkollu lilkom quddiemu, jista jghidilkom u jbellalkom kollox. Ma tindunawx kif idawrilkom id-diskors.’

‘ u le ghaliex tghid hekk? Mhux kollox jirrispondilkom?’

‘ Sakhemm ma jahrabx mill-bieb ta’wara, u meta johrog mill-bieb ta’quddiem Zoll,jew ibezzahom b’xi libel, jew ighidilhom jistaqsu lil haddiehor, jew johrog b’li ghamlu ta’qablu. Taf x’naghmlu Zoll. Ghax ma tigix tkellem lil Simon int. Dak ghandu hin ghal kullhadd u jkellmek zgur.’

‘Tghid Mari’. Ghajma jarani xi hadd, imbaghad kif noqghod bihom.’

‘Zoll jahassra kemm bqajt gifa. Tiltaqa ma’ Simon issir taf x’inhi onesta’ – dak li l-pajjiz ghandu bzonn illum. Illum mhux min inehhilna l-wire ghandna bzonn. Nergaw nghixu hajja normali, bla ma hadd ma jkun qed jisraqna minn wara darna – dak li ghandna bzonn.’

‘Qatt ma rajtek daqshekk serja Mari’. Qed timpressjonani.’

‘ Tridx tmur tiddobba qara’ Zoll. Mela dawn mhux affarijijiet serji. Isma, jekk int u Joseph sereni, jien miniex. Madankollu, ma nafx fil-veru kemm hu seren Joseph. Int jista jkun, ghax qatt ma kont xi stilla. Imma min ghandu ftit melh f’mohhu, bis-serjeta’ johodhom dawn l-affarijiet. Ara dabbar rasek ghax hlejt bizzejjed hin mieghek.’




No comments:

Post a Comment