Maria ta’ Xkieli ma’ setghetx torqod. Titqalleb ‘l hawn u
titqalleb ‘l hemm ga kien daqq nofsillejl.
‘Kol,Kol, int rieqed?’
‘Rieqed kont Mari’ sakemm qajjimtni. Xi gralek?’
‘Ma nistax naghlaq ghajnejja. Dawk l-imnifah pows kissruli
mohhi.’
‘ Ghall-istharrig tas-surveys qed tghid?’
‘ Iva, mela, il-pows. Kif jista jkun li wara daqstant hmieg
li nqabdu fih ghadhom minn fuq. Li vera konna pajjiz ewropew lanqas punt wiehed
m’ghandhom igibu.’
‘ u dawk taghtix kas taghhom Mari’. Dawk kull m’huma
l-opinjoni tal-ftit. Trid ukoll tara kemm ikunu qed jirrispondu genwinament.
Hemm min jigdeb apposta. Imbaghad ara kemm hemm li ma kkommettewx irwiehom.’
‘ Int biex isserrahli mohhi qed tghid hekk, Kol.’
‘ Ukoll Mari’. Biss jien ma nafx ghaliex int ghandu
jimpurtak daqshekk. Issa jitla Joseph jew ma jitlax ghalina x’jimporta?’
‘ Int bis-serjeta’ qed tghid Kol. Taf xi missek staqsejtni –
jimpurtanix jekk tirbahx Malta jew le. Jien dak li jimpurtani.’
‘U iva ghandek ragun. Issa dur u orqod.’
‘ Issa hekk sewwa. Mela Nardu ghax spara fuq gamima kienu
pronti nizlu fuqu, fethu l-qorti b’urgenza, wahhluh 2000 ewro u hadulu
s-senter, imbaghad qed isir das-serq kollu minn taht imnihirna u l-iehor qad
imexmex il-fenek. U lanqas tghid laqatha l-gamima.’
‘ Iva ghandek ragun. Orqod.’
‘ Ara kemm tahsibni imharbta,Kol, jien din li tkun mohhok
mistrieh li l-affarijiet mixjin sew, li hemm min qed jiehu hsieb li min jaghmel
il-hazin jinqabad halli nkunu nistghu nghixu fil-kwiet u kif suppost, dik
ghalija kollox.’
‘ Ghandek ragun, Mari’. Issa orqod.’
‘ JIen ghalija tridx isiru sinjuruni u jgawdu dak li jkunu
serqu, imma dak il-wicc tost ta’gideb sfaccat u jrid igiddeb lil haddiehor ma
nistax ghalih. Jien ghalija tridx Mari’ Antonett taghti party ta’kuljum go
Villa Francija, basta lil Zolla tibqa ma tistidiniex.’
‘Kol, Kol mela rqadt. Dan veru jorqghod seren. Veru li flus
fil-Panama m’ghandux, imma jorqghod qisu bambinu,’ U Maria ghajna marret biha
wkoll , u bdiet tohlom kif il-bini beda jsir b’mod kontrollat, il-karozzi fit-triq
naqsu u s-soghla li kienet taghtiha bl-abra waqfet hesrem. Issa setghet tiftah
it-twieqi u hlief arja friska ma tidholx. Holmot li sabet ruha fl-arja miftuha
‘l boghod minn kull bini, ferhana taqbes u toghla ma’ dawk kollha li
jhobbuha.Tghallmet tirkeb ir-rota u setghet tigri fit-toroq fejn karozzi ma
jghaddux. Holmot li qeghda tghum f’bahar fejn ma hux imnigges bil-hmieg
tal-fish farms. Holmot li l-elezzjoni ghaddiet u telghu biss il-kandidati
onesti li jahdmu biss ghas-servizz tal-pajjiz.
U hawn kien li Maria qamet minnufih.
‘ Ara x’naghsa helwa kont fiha jahassra. Kol, int hlomt
bhali. Tajjeb kieku jkollna ftit arja nadifa, u kieku jkollna biss politici
onesti. Imma kif jista jkun dan meta ghandna nies bhal Zolla. Taf x’qaltli l
bierah Zolla, Kol? Qaltli li taf li Joseph u shabu qed jisirqu, imma xorta ser
tivvutalhom ghax inkella jitilghu i-nazzjonalisti. Ara kif trid ikollna arja
friska meta hawn nies bhal Zolla. Qed tismani Kol.’
No comments:
Post a Comment