Maria nizlet sploduta minn fuq il-karozza tal-linja. Hadd ma
ssogra jkellima. Biss, wara li gabulha kikkra kafe’, daru maghha f’nofs
il-pjazza u staqsewa x’kien grala.
‘ Dan kont qed nistenna appuntament ghal ghajnejja mill-isptar,
u tlett gimghat wara li tajthom il-karta tat-tabib, dan l-imbierek appuntament
wasal. Ghat-18 ta’ Mejju. Ghidt, bejni u bejn ruhi, it-tmintax ta’Mejju
pitghada, mhux il-boghod.’
‘Qed tara kemm tjiebu l-affarijiet taht dal-gvern,’ kienet
pronta taqbez Konsa.
‘ Hekk ghidt, jien ukoll Kons, ghax dak li hu sew, sew trid
tghidlu. Ghidt, bejni u bejn ruhi, allahares ssir taf Zolla, ghax aqta kemm tiddandan
bil-ministru taghha.’
‘ Bid-dritt, hux Mari’’
‘ Iva halluni nkompli. Mela, qomt filghodu kmieni tat-tmintax,
ghax kella twassalni it-tifla ta’ Lela. Ruhi qalbi siegha domna sejrin
bit-traffiku li sabet. Imma fl-ahhar wasalna. Ghoxrin minuta ohra domna nduru
biex forsi ssib fejn tipparkja. Ghidtilha biex titlaq, imbaghad infendi
ghar-rasi.’
‘ Qtajtli nifsi tirrakonta, Mari’. Ejja, kemm ser iddum
gejja biha.’
‘ Issa nigi Terez. Imma rridkom tifhmu kemm qtajt nifsi jien
biex nasal ghal dan l-imbierek appuntament. Insomma fl-ahhar wasalt il-klinika
tal-ghajnejn. In-nurse talbitni l-karta, u kif rajta thares lejja ghal darba
darbtejn, xammejt li m’ghogobtiex.’
‘ X’gejt taghmel illum,’ staqsietni.
‘Illum mhux it-tmintax ta’Mejju? Ghandi appuntament
mal-professur. X’kull wahda wkoll, tghidx ma gejtx biex…’
‘ Yes, imma dan l-appuntament ghat-tmintax ta’Mejju tat-2018
– in a year’s time.’
‘Ridt l-art tiblani. Ma stajtx nemmen kif dawn kellhom
il-wicc jaghtuni appuntament ghal sena ohra. Lanqas haq il-kedda li tawni. Issa
kellimni Kons fuq kemm tjiebu l-affarijiet taht dal-gvern.’
‘ Mhux int qrajt hazin, x’kull wahda.’
‘ Eh, dak li ghandek xi tghid? U mhux li l-fanfarunati
ta’kemm naqsu l-waitin list hu kollu gbid tas-saqajn? Naqsu, naqsu il-waitin
list imma ghal dawk li jmorru jitkarbu wara l-ufficju tal-ministru tieghek.’
‘ Int ghax ma gejtx ukoll? Kieku ressaqtek jien zgur kien
jaqdik.’
‘ Jien dak li hu tieghi irrid Kons. JIen m’ghandix nitlob
il-karita’, u wkoll, biex jaqdi lili bil-fors ser niehu post haddiehor. U jien
dan ma rridux.’
‘ Imma, Mari’ veru ghas-sena d-diehla kien l-appuntament.’
‘ Intix ser tghid li qed nigdeb ukoll, ghax issa hadtuha
drawa li kull haga li ma ddoqx ghal widnejnkom tghidu li hi gidba. Hawn ara hux
veru. Ara tridux titilqu l‘ hemm ghax m’ghandix aptitkom wara l-kedda li hadt
illum.’’
No comments:
Post a Comment