Maria kienet xebat quddiem it-televisin,taqleb min-Net
ghall-One u mill-One ghan-Net. Kienet thobb tara kollox ghax Maria riedet tkun
infurmata. Imma issa riedet ftit arja friska u nxtehtet fuq l-ghatba.
‘Kif nohrog dejjem jersaq xi hadd ma’min nghid kelma,’ qalet
lil Kola. U hekk kien, ghax minnufih dehru Konsa ta’Pespes u Lela ta’Zonqri.
‘Xbajt gewwa naqleb minn stazzjon ghall-iehor.’
‘ Jien ukoll kollox nara. L-ewwel nara l-ahbarijiet fuq
il-One imbaghad fit-tmienja mmur fuq it-TVM. In-Net ma narahx ghax dak kollu
gideb,’ stqarret Konsa.
‘Mela tara kollox Kons! Mhux ta’b’xejn mohhok jibqa maghluq.
Jekk tara l-One tista t-TVM ma tarahx ghax li jkun hemm fuq wiehed ikun hemm
fuq l-iehor u jekk ma tarax in-Net ma tkunx smajt il-qanpiena l-ohra.’
‘Sewwa qed tghid Maria, Kons. Imma jien ma nhobb nara xejn.
Xebbatni l-politika,’ qalet Lela. ‘Ghalija
t-tnejn l-istess.’
‘It-tnejn l-istess ruh ommok Lel. Kulma tistghu tghidu fuq
wiehed hu li tawh arlogg, waqt li dawn li ghandna llum garrewha kaxxa
ta’Malta.’
‘U xi tghidli ghall-iskandlu taz-zejt, Maria?’
‘ Dak ma kien imdahhal ebda politiku, Kons ruhi. Li garrew
kienu d-diretturi u ta’fuq,u minnhom kien hemm kemm ta’naha kif ukoll taghkom
il-laburisti . U nghidlek ohra, hekk kif Gonzi sar jaf b’taz-zejt mall-ewwel
dahhal il-pulizija. Ezatt bhal llum, il-pulizija ila sena taf bil-hmieg li
hawn, u baqet ma taghmel xejn’
‘Iva veru li qed tghid Mari’, imma…’
‘hux imma,imma. Dejjem taraw kif idawwru l-kliem Kons, biex
dawk li jkunu bhal Lela hawn, ma taf xejn, tithawwad. Ara x’qaltlek, it-tnejn
l-istess.’
‘Imma, Maria, il-hin kollu tghidu li dan l-aktar gvern
korrot li qatt kien hawn. Ghalfejn dal-gideb. Ma gibtux prova wahda, qal
Joseph.’
‘ Cis, xi tridu jghid Joseph Kons. Poggi bilqeghda ha ngibhomlok
il-provi. Wahda, l-4 miljuni tal-Café’Premier, Joseph stess qal li l-affarijiet
setghu saru ahjar – mela saru hazin, wahda. Tnejn, ta’Gaffarena, Joseph stess
qed ikollu jmur il-qorti biex ghal ghajn in-nies jerga jressaq kollox lura,
mela xi haga hazina saret hawn ukoll, tnejn. Tlieta,il-kontijiet tal-Panama ma
merihom hadd, lanqas Joseph – ghall-bidu iva, imma meta cappsuhomlu ma’wiccu
qaghad idur mal-lewza biss,Tlieta. Inkompli Kons, jew bizzejjed?’
‘Jien mhux ghal dawk qed nghidlek Mari’’
‘Mela dawn mhux korruzzjoni wkoll? Mela ghax issa hareg
aktar hmieg dawn mhux ukoll kienu korruzzjoni! Mela ghal xiex ridt tghidli.’
‘ Fuq it-tielet kont li qeghdin tghidu li hu ta’Joseph.’
‘ Int jew fidila, Kons jew trid tilghabha tac-cuc. Dan min
ha joqghod jiehu gost jara lilek thaxxen butek
bil-liri b’dak li tkunu qed taghmlu flimkien, u hu jibqa jitewweb? Trid
taqbel mieghi, Kons, li jekk hu kollox Joseph, fidil mhux.’
‘Imma Maria jien ma’ hafna minn nazzjonalisti m’ghandiex
grazzja.’
‘X’ghanda x’taqsam il-grazzja, Kons. Jien ukoll ma’Eddie ma
kelliex grazzja, ghax kif kien jarani kien jiksah. Imma daqs kemm ghamel gid
ghal Malta dak ir-ragel,hadd. U hekk ghad ikun Simon, Kons,ghax f’dal-mument
onesta’ghandna bzonn biex nergaw nigu ghan-normal. Gibtuna lanqas naghrfu
l-abjad mill-iswed, it-tajjeb mill-hazin. X’kull wahda wkoll, tivvota bil-grazzja.
Le,le, Kons, mohh ta’tigiega ghandek !’
‘ u iva Mari’, imma kien hemm bzonn taghjruhom kriminali?’
‘ Jiddispjacini Kons, imma serqu somom kbar, ippjanaw dan
minn qabel, ippruvaw jahbu, inqabdu, xi trid tghidilhom, mhux kriminali? Le,
it-tifel ta’Gola biss hu kriminali ghax seraq portmoni. Jien nifhmek tafx Zoll.
Int ghax tarhom libsin glekk u jitkellmu helu, tahseb li ma jkunux kriminali.
Xi zball ghandek.’
‘ Ara tghidlix aktar Mari’. Jien minn dejjem labour ivvotajt
u miniex sejra ma’ nivvotax labour issa, kriminali u mhumiex.’
‘ Ghamel li trid Kons. Il-qattusa wkoll tibqa tilaq ghajnha.
Arani dhalt il-gewwa.
No comments:
Post a Comment