Thursday, 26 December 2013

MARIJA TMUR GHAND IT-TABIB

Mhux is-soltu li Marija ta Xkieli tigi l-klinika. Ma tantx hi marradija ghalkemm dahlet sew fiz-zmien. Ukoll, kella habta li dak li jkolla bzonn tkellimni fuqu meta tiltaqa mieghi fit-triq. Meta tigi l-klinika, tghid li mhux ghax kella bzonn imam ghax kienet ghadejja u ma ratx nies, halliha li xorta wahda titlob xi servizz mediku. L-ahhar li ltqajt maghha il-pjazzza bidet tghidli fuq kemm kella zaqqa tugaghha. Offrejtilha biex timtedd halli narha, u malajr fehmitni, ghax batitni nixxejjer bil-pulit.

Din id-darba sibtha tistenna man-nies. Bilfors li ma tiflahx sewwa, ghidt bejni u bejn ruhi.

‘L-ghodwa t-tajba, Marija,’sellimitilha hekk kif dahlet, ‘dan x’gabek?’

‘Xejn ma niflah tabib, ghax kieku m’intiex ser tarani hawn.
Mort il-berga tal-gvern, imma ta hmar dhalt u ta iehor hrigt.Inhossni ma niflahx, xejn m’jien f’sikti.’

‘Iva dak ga ghidthuli. Imma x’inhu ezatt li qed idejqek?’

‘Dak int tafu! Mhux int it-tabib?’

‘Ara, nibdew minn hawn. X’pilloli qed tiehu?’

‘Mhux li tajtni int?!’

‘Mur obsor hej. Ma tafx x’inhuma? Ma gibthomx mieghek?’

‘Bojod zghar tabib. Qishom bocci tal-kamla.’

‘Prosit hej, kemm ghintni! Ara ej nohodlok ftit demm. Sajma?’

‘Iva u zgur. Bicctejn ftira u ftit gallettini biss hadt.’

‘Allura m’intiex sajma, Marija. X’sajma, sajma.’

‘Mela dak ikel tabib? Ikel li tiekol il-mara ta hija. Tibza toqghod hdejha meta jkolla platt quddiemha. U kif tispicca, arha tmur ghall-borma.
Darba minnhom konna flimkien ghand Mar sexpensif…’

‘Fejn kontu, Marija?’

‘Dak il-hanut inglis tal-hwejjeg.’

‘Marks and Spencer,Mari.’

‘ u ajma tabib jien m’iniex tal-pepe’ ta’

‘Hallik mill-pepe’Maria. Ma gibtx xi ftit pipi mieghek biex nezzaminha?’

‘Hawn int tabib. Ghejjietli idi.’

‘Dak x’gibt Maria. Dak kaldarun. Jien ftit inkun irrid.’

‘U fejn tridni nkun naf, tabib.Jien l-ewwel bott li gie f’idi mlejtu. Ili ma mmur ghand tabib ghomor.’

‘Ma ghidtx li mort il-berga?’

‘Imma dak bhal ma naghmel issoltu. Inhobb immur hemm inqatta saghtejn. Fejn taf x’tejatrini jkun hemm. Siegha hemm ma nbiddilha ma xejn.’

‘Ma jimpurtax, Maria.Ara ejja narak ftit. Gholli. Onfoh. Erga. Dur..’

‘Qtajtli nifsi tabib. Int, jekk inkun mibdijja, tkomplini.’

‘Maria, ma jidher li ghandek xejn. Ghadek tiflah taqleb kul m’hawn.’

‘Ghax tghid tabib, ghadni kemm spiccajt hasla ta baghal qabel ma gejt hawn.’

‘Imma int m’intiex tad an Maria. B’sahhtek kemm int b’sahhtek ghandek tirispetta l-eta’ li ghandek.’

‘Eh tabib nahdem irrid ghax ta skola m’iniex.’

‘Imma ismek taf tiktbu Mari?’

‘Iva sa daqshekk naf. Issa halliha li jekk inkun qed niffirma u jkellimni xi hadd, irrid nerga nibda mill-bidu. Ha mmur tabib. Ma nzommokx ghax ghandek kamra nies, u min jaf x’jigorru li qed izommni bil-kliem. Ha mmur. M’ghandiex naghtk xi haga?’

-u Marija ghalqet il-bieb warajha bla ma stenniet twegiba!


Wednesday, 18 December 2013

F’JUM IR-REPPUBLIKA

Kien jum ir-repubblika u Maria, Zolla u Konsa telqulha ghall-Belt flimkien. Ma damux iduru wisq li ma poggewx madwar mejda jiehdu xi haga tajba.

‘Ghall-erwieh kif qatilni dan iz-zarbun. Ahjar ghamilt bhalkom gejt bic-catt. Imma xi hadd irid ikun liebes ta nies,hux?’

‘Ejja noqghodu hawn,’ ghajtet Zolla,‘ghax issa johrog Joseph mill-palazz u narawh.’

‘X’kien ma tawkx xi midalja wkoll lilek Zoll, daqs kemm taghmel ghal Joseph. Dak issoltu jibqa jafulek, u issa l-midalji qed jaghtuhom lil kullhadd.’

‘Aqta bicca minn ilsienek Mari’

‘Mela jiena bhal dawk il-pcielaq l-ohra, jaghtuhom midalja biex jaghlqu halqhom u joqghodu. L-ewwel hafna tlablib u dimostrazzjonijiet imbaghad iwahhlulhom midalja, jilbsu kappel u jaghlqu halqhom. L-iehor ghamel sewwa – baghtom jixxejjru u ghajjarhom li repubblika ghamluha purcinellata.’

‘Iva ghalaq halqek Mari, kullhadd qieghed ihares lejna.’

‘Sewwa jaghmlu forsi jitghallmu xi haga. Isma Zoll, jien ma sirtx professur ghax ma mortx l-univerzita’ta. Ghax kieku….’

‘Mela ftit kien jonqsok Mari.’

‘Kont mort napplika biex nidhol tafux, imma kien hemm kju twil u ma ridtx nistenna.’

Qabzet Konsa helu helu,‘Int ghax ma cempiltx lill-kumissarju. Dak malajr kien jaqdik.’

‘Ghax jien qatt ma qdejtu Kons. X’inhi helwa din. Ghandek tghid, taf xi jkun jigri int Kons. Kwieta, kwieta u tghid wahda u tajba. Kos,hux? ma kienitx elezzjoni li rebhu ghax spiccaw ghamlu f’qalzithom.’

‘Ara n-naha l-ohra min hu ghaddej, wahdu, wahdu. Dak mhux Austin? Ruhi qalbi, fejn huma dawk in-nies kollha li kien ikollu mieghu? Ghandek tghid malajr tmurlek l-arja. Mur giebu! U dik, hemm in-naha l-ohra dik mhux Marlueeze?’

‘Iva ta. Kemm hi tar-ruh dik il-mara.’

‘U int! tar-ruh ghax ma Joseph. Imma veru, naqbel mieghek,Zoll, il-veru mara gentleman. Darba kont tlabta pjacir u ghada sallum tistaqsini jekk hux kollox sew. Issa halliha li kollox baqa kif kien, imma jien bix-xejn tisraqni.’

‘Dak x’kien jismu,Mari. Ma konniex nidhlu l-Belt li ma konniex nahbtu mieghu elf darba? Montaldu?’

‘Eh, mela ma tarahx dak issa. Dak qieghed idur id-dinja. Dak ukoll haddimhom tajjeb. Hemm ara Zoll, hiereg il-president. X’daqsxejn ta karozza dik. Qisa l-vann ta Kola tieghi.’

‘Ara Mari, iva, hekk hu, warajh hemm Joseph. Ha nghaddi daqsxejn ha nxejjirlu.’

‘Ghaddi,ghaddi, Zoll,forsi jaghtik il-midalja. Dik x’karozza tal-qamel ghandu?’

‘Mela ma tafx li zamm il-wahda li kellu hu, biex jiffranka l-flus lill-kaxxa ta Malta.’

‘U zgur hekk nibqaw Zoll. Kemm hsibtni fidila. Ma tafx li jien insegwi n-Net ukoll, u mhux il-One biss.’

‘Intom ghadkom ma xbajtux tlabalbu,’ indahlet Konsa.‘Mhux ahjar ningabru.’


‘Iva, ahjar, ghax Kola jkun qed jistennini. Oqghod attenta Zoll li ma tmurx tizloq xi zelqa ghax il-kavallerija hallitilna kumpliment warajha.’

Wednesday, 11 December 2013

FUQ IL-MEJDA TA’ L-IKEL


Kienet il-gurnata tal-Hamis u hafna minn nisa tar-rahal kienu jhallu dan il-jum biex johorgu u jiehdu xi platt ghagin flimkien. Marija ta’Xkieli kienet qed tfittex post fejn toqghod u resqet fuq mejda.

‘Allavolja qiskom mejda tal-qubbajt fuq iz-zuntier tal-knisja ta San Bastjan, ha npoqqi hdejnkom, ha’

Fuq l-istess mejda kien hemm ukoll Zolla. Ghalkemm wahda ma kienitx thalliha ghall-melh lill-ohra, dejjem kienu jsibu rwiehom flimkien.

Lanqas lahaq wasal il-platt ta’ Zolla li din ma tefghetx wicca fih u bdiet tiekol.

‘Le, le Zoll m’hemmx ghalfejn tistennina. Kul ghax jiksahlek. Imma mhux ghal xi haga, int lanqas biss trod salib qabel ma tibda tiekol?’

‘Ghagin ikun u ghagin jibqa, troddu jew ma troddux. Int troddu Mari jaqaw?’

‘Mela x’naghmel! Il-Bobby, il-kelb ta Nardu jaghmel bhalek, kif taghtih il-platt jinxtehet jindafar.’

‘Halli ghalik biex tnizzilhuli velenu dan il-platt ghagin Mari. Hallini, tridx thallini. Kif dejjem insibek f’ghajni lilek!’

‘F’ghajnek ma rridx inkun, tixtieqliex deni, imma jmissek taghmel daqsxejn sinjal ta nies qabel ma tibda tiekol, Zoll.’

‘U ajma, int temminhom dawn l-affarijiet, Maria?’

‘Ma nemminhomx? Jekk ma nemminx dak li qaluli ommi w missieri xi tridni nemmen! Li jghidulna Joseph u Lawrence?’

‘U ajma. Temminx ukoll fil-mirakli? Hamest elef ruh xebaw b’hames hobziet u zewg hutiet li kellu tifel zghir.’

‘Ha nghidlek, Zoll, jien, kielux u xebawx kif qed tghid int, ma nafx, ghax ma kontx maghhom, imma li bniedem bil kemm ikollu x’jiekol u jaqsmu ma haddiehor, fih innifsu wkoll miraklu. Mur gib lilek, Zoll taqsam li jkollok mieghi.’

‘U ghaliex le Mari? F’hafna affarijiet ma naqblux, imma jien dejjem irrispettajtek, u zgur m’iniex ser incahhdek minn bicca hobz.’

‘Li jkun baqalek minn tal-gimgha ta qabel, imma Zoll.’

‘Ara, wasal il-platt tieghek Maria. Tista tiekol int ukoll issa.’

‘Issa hares lejja ha tara kif jieklu n-nies Zoll. Sinjur bierek dan l-ikel li sejrin nieklu, zommna dejjem fil-qis …. U bilhaqq Zoll dik x’inhi li Joseph tah wafer lil wiehed mill-ministri, mela ma kellux x’jiekol Ghawdex?’

‘ X’wafer hu li qed tghid Maria. Li naf  hu li ghandna tabib bravu hafna, li m’hawnx bhalu, u li ghalkemm sar ministru ser ihallih jibqa  jahdem ta’ tabib.’

‘Allura din il-wafer x’riedha, nghid jien?’

‘ U fejn naf  x’int thawwad issa Mari. Kul, kul, mela issa m’ghadx ghandek guh?’

Wednesday, 4 December 2013

MARIA U KONSA JIEHDU KAFE'

Fi triqthom lejn il-knisja, Maria w Konsa ltaqaw u marru jiehdu kafe’ flimkien.

‘Ghax tghid Maria ilna ma npoggu bilqeghda u nghidu kelmtejn bil-kwiet.’

‘Vera Kons u mieghek niehu pjacir naqsam kelma, ghax int mhux bhal Zolla.’

‘U mhux it-tnejn tar-rahal Mari’’
 
‘U le, le. Dik ghal kull kelma li nghidilha trid tghidli ohra lura.’
 
‘Mela int trid toqghod titkellem wahdek Maria? X’fiha li tkompli mieghek?’

‘M’intiex ser taghmilli bhala int ukoll! Xi tkompli mieghek, tkompli mieghek, Zolla. Dik tiha taqdef il-kuntrarju biex tikkrepak u taghtiha xejn aktar.’

‘Issa hallina minn Zolla. Qrajthom il-gazzetti dalghodu Mari’’

‘X’gazzetti? Mela llum ghandna gazzetti. Dawk jikkopjaw l-intelnet jafu. Jew jaraw x’tikteb Deefni w jiktbu li ggib hi.’
 
‘Defni, is-sahhara tal-Bidnija?’

‘Milli jidher int qrajtha l-Orizzont, Kons.’

 ‘Jien kollox naqra Maria, ghax niehu gost inkun naf x’qed jigri.’

‘F’dak il-kas Kons, ara x’tghid Deefni u tkun taf kollox. Dik taf fejn jorqod ix-xitan, u l-abjad tghidlu abjad u l-iswed iswed.’

‘Imma xi kull tant taqa daqsxejn baxx Mari’. Ma tahsibx?’

‘U ajma kemm int dejqa Kons. Dan ghax lil xi whud tikxfilhom ghawwarhom?’

‘Iva wkoll Maria. Dan m’ghandux ikun. Dawk affarijiet personali.’

‘Dan minn meta Kons? Mela nsejt kemm dhaqna jien u int meta dak il-fanfru ta Johnny li jahseb li hu xi loverbow, sirna nafu kif waqa ghac-cajt ma dik il-blondijja.’

‘Hehe, veru hux. Imma Defni xorta wahda tista tghid li trid b’mod aktar pulit.’

‘Iva Kola tieghi hekk jghid. Dak ma jistax ghaliha li mara tkun hamalla.’

‘Xi kull tant lanqas nifhimha jien. Specjalment meta jkolla l-klem bl-istilel.’

‘Issa hallik mill-istilel Kons. X’dehrlek minn dik is-sabiha tar-rahal? L-ewwel marritilha t-tieg, imbaghad haditilha r-ragel.’

‘U kif taghzilhom – l-ewwel wiehed minn naha wahda imbaghad iehor minn naha l-ohra. Dik vera sticker, jew x’ghidulhom dawk ta Joseph. Mur gib lil nannuha, daqs kemm kienu familja sew.’
 
‘Eh imma issa trid tkun tal-mittelklas, Kons, u ma min tkun, irid ikollu glekk.Ghalkemm nannuha lanqas biss kien jaf x’inhu.’

‘Tidher tafhom sew Maria.’

‘Minn jaf kemm laghabna flimkien Kons. Imma imbaghad tefa ghajnejh fuqi Kola u mgharraq li hu tellifli xortijja. Kieku llum ghandi mnejn qeghda ma xi avukat niekol barra ta kuljum, minn fuq darek.’

‘Ara Defni kemm kienet tghid bik kieku.’

‘Nizzel dik il-bela kafe’Kons ha mmorru, ghax Deefni ssib kollox lest u jien ghadni lanqas poggejt il-borma fuq in-nar.’

Thursday, 28 November 2013

IL-MUVIMENT

Is-sena hi 2013. Wara kampanja elettorali twila jitla l-Labour bl-ghajta ta Malta Taghna Lkoll. Kienet rebha kbira b’wiehed mill-akbar distakki fil-hajja politika Maltija. Spiccat l-era ta Lawrence Gonzi u ser tibda dik ta Joseph Muscat li accetta li rebha daqshekk kbira ma setghetx twasslet minn partit, imma kienet rebha ta muviment shih li warajh gibet ukoll Nazzjonalisti li kienu progressive u liberali.

  
Zolla w Konsa kienu fost dawk il-laburisti li kienu ferhana se jtiru bir-rebha li l-partit taghhom kien ghadu kemm ghamel. Kienu fost dawk li kienu qeghdin iduru t-toroq tar-rahal ixejru l-bnadar tal-partit.

‘Ara Marija, Zoll, ejja ninbxuha ftit. Id-daqqa taghna issa. Trid xkupilja Marija biex titfarfar ftit?’

‘Kont ser nghidlek x’taghmel biha l-ixkupilja, Kons. Dawk xi bnadar huma li qed ixejjru? Ilna ma narawhom ftit. Mela issa hrigtuhom minn fejn kontu qed tahbuhom. Issa m’ghadkomx ixejjru l-bnadar ta l-Ewropa?’

‘Ahna ta l-Ewropa daqskom, Mari. U ser inkunu l-aqwa fl-Ewropa, issa b’Joseph.’

‘U bhalek xi trid tghid biha l-ixkupilja?’

‘Biex titfarfar ftit mit-tkaxkira li haddtu.’

‘Mela fejn jaqbillek int tisimghu lil Joseph. Ma smajtux ighid li il-muviment u mhux il-Labour rebah. Fejn taf kif ivvutajt jien? Forsi jien wahda minn tal-muviment!’

‘Kos Mari, ghax tghid, veru. Tghid wasalt biex tivvota maghna! U hallina. Int Mari, int tivvota mall-Labour? Irridu jinzlu l-angli mis-sema biex int tivvota maghna.’

‘Ara mhux affari taghkom kif ivvotajt. Kif ivvutajt tieghi u ta wicci. U tinsewx, hallikom milli tinbxu lil dak u lill-iehor, ghax issa Malta taghna lkoll.’

‘Iva Maria. Issa naghtuk bicca, ta…’

‘Zoll taghtini xejn, mur ixxejjer. Ghax jien la jien bzonnok u lanqas bzonn ta hadd. Jien li ghandi kollu bl-gharaq ta gbini u dak ta zewgi.’

‘Sa jkollna morru Maria. Ma rridu nitilfu xejn. Ghax Joseph qalilna biex inkunu protagonisti u mhux spettaturi.’

‘Protagonista, hej. Tisthajjlekx xi Lollobrigida, Zoll?’

‘Isma wara kollox Maria, ghax ma tigix maghna, sejrin Ghawdex. Madankollu Ghawdex taghkom ghidtu.’

‘Int sejra ‘l hemm Zoll ghax m’ghandiex aptitek dalghodu. Mur xejjer liema bandiera trid. Taf x’naf nghidlek, minn qieh ir-rahal kont u minn qieh ir-rahal ser tibqa.’

‘Issa tara, Maria. Issa kollha mittel klas se nkunu. Hekk qalilna Joseph u hekk ikun, ghax dak li jghid jaghmlu.’

‘Kemm int anjoranta, Zoll. Ma tafx li min jitwieled tond mhux ser imut kwadru? Min jaf kif ser jaharbu tal-muviment meta jibdew ihokku spalla ma spalla mieghek. Qatghu ta l-ghid biex jinku ‘l-mara, u issa ser jitwikku bik. Mur Ghawdex, mur, u jekk tara lil dak tac-coff qis li taqsmu xi ftit hsibijiet flimkien. Jaf jitghallem xi haga minnek. U fejn ma tkunx taf staqsi lil Konsa.’

‘Qisek irrabjata Mari dalghodu. M’ghandekx ghalfejn, tafx. Tista ma taqbilx maghna imma tista tahdem maghna.’

‘Mhux hekk Zoll. Daqs kemm baqa jahdem maghkom is-sur Klement. Lanqas ilhaqtu tlajtu t-tarag ta Kastilja li ma hadthulux l-ufficju w hallejtuh itemtem.’

‘Imma dak ghax tawwal ilsienu..’

‘u ma laghaqx bizzejjed hux Zoll. U dabbar rasek ghax nghidlek kemm tahdem maghkom. Mur Ghawdex, mur li ma jmurx jitlaq il-vapur u jkollhom ireggawh lura ghax ma tkunx wasalt.’

‘Ma tridx tifhem jahassra, Maria li issa m’hemmx ahmar u blu, issa lkoll familja wahda.’

‘U zgur li issa lkoll familja wahda, imma ghax l-affarijiet gew kif ridtu intom. Ara meta riedna nkunu lkoll ahwa Maltin, hemm le, hemm ma waqaftux taghmlu bsaten fir-roti. Ukoll il-bandiera li ghandek f’idejk Zoll, tarax, kollha blu. Il-blu wrejtuh qabel l-elezzjoni biex tidhqu b’dak u bl-iehor. Huda ‘l hemm Kons ghax din tahseb li qed tithaddet ma xi wiehed minn dawk li kienu jgibu fuq it-televixin.’

‘Ara din ukoll kif taghmel.’

‘U mhux veru Zoll, gejja b’li m’hemmx ahmar u blu. Insejt kemm xeghelt xemghat lis-salvatur u kemm capcapptlu meta kien ighidilkom li min mhux maghna kontra taghna?’

‘u dak kien zmien iehor Mari. Int ukoll x’qed isemmi. Dakinnhar hekk kien hemm bzonn, issa irridu nharsu lejn il-futur.’

‘Ara, int hares fejn trid, jien ser nghid kelmtejn mat-tabib ghax ili ma narah. Nispera mhux tal-muviment dan ukoll, ghax imbaghad jitlali San Filep.





Friday, 22 November 2013

MARIA U C-CITTADINANZA GHALL-BEJH

Hekk kif ha r-riedni tal-poter f’idejh il-Gvern Laburista gdid habbar skema li biha barrani seta jixtri cittadinanza Maltija. Din ma gietx milqugha tajjeb minn hafna, mhux l-anqas ghaliex ma kienitx fil-program elettorali li ghalih kien ghadu kemm ivvota bi hgaru l-poplu Malti.


‘Ara Zolla dalghodu, x’minnek kemm ili ma narak?’

‘Sejra sal-belt Marija. Tridx tigi mieghi?’

‘Le ruhi oqtolni u ghidli nohrog mir-rahal. Kemm sirt noboghdu t-traffiku.’

‘Le ta, f’lehha ta berqa l-Arriva tiehdok il-belt. U tghidx kemm huma komdi.’

‘Eh issa saru komdi! Mela nsejt kemm gergirtu kontrihom sa ftit xhur ilu?
Iva bil-mod, kemm inti mghaggla.Iddahaqni int Zoll, taghgel taghgel u tibqa fl-istess post.
Kieku kont karozza aqta kemm tahli petrol fix-xejn.’

‘Ghax il-bierah bqajt nara lil Joseph sat-tard u meta nisma lilu nibqa ghaddejja bir-rankatura tieghu, daqs kemm hu bravu.’

‘Din x’inhi Zoll li jrid lic-cinizi jaghmilhom Maltin?’

‘Mhux lic-cinizi biss, lil kulmin irid, basta jaqlghulna.’

‘Imma din haga sewwa Zoll li ssir Malti meta ma tkunx?’

‘Ghax le? X’ser nitilfu minn taghna? Naghtuhom bicca karta, jaghtuna hafna flus u minn taghna x’dahal u hareg?’

‘Ara din kif tirraguna. Mela int, ghax ma tmurx ma l-ewwel bahri li tara, jaghtik kemxa flus u barra bid-daqq. M’iniex ser insaqsik xi jkun dahal u hareg, imma zgur li jekk mhux int, zewgek ma tantx jiehu gost.’

‘Wara kollox Mari jien ma nifhimx. Imma zgur li Joseph jaf x’inhu jaghmel.’

‘Mela bhal ma qalet dik li ma saritx ministru ghax sar zewgha, jew x’inhu. Dik ukoll ma taqbilx imma ser tafda f’Joseph u tivvota favur. X’kull wahda wkoll.’

‘Imma Maria, kont qed nahseb..’

‘Din gdida Zoll, dan minn mindu bdejt tahseb? Int mhux Joseph jahseb ghalik?’

‘Issa hallik minn dan. Meta barrani jizewweg wahda Maltija mhux ukoll isir Malti allavolja ma jkunx?’

‘Iva Zoll hekk hu. Imma dak ghax ma nkunux nistghu naghmlu mod iehor. Dak inkunu rriduh jibqa ma martu u z-zwieg jirbah fuq ir-raguni, u wara kollox dan ikun ser joqoghod hawn Malta. Dan, kif ser naghmlu illum dan ic-ciniz jista lanqas biss ikun jaf fejn hi Malta xorta wahda ser insejhhulu Malti.’

‘Imma Joseph qal li wkoll hafna vapuri jissejjhu Maltin meta lanqas biss ikunu gew Malta.’

‘Mela issa ser tqabbluna ma vapuri? L-ewwel ma impurtakx x’jidhol u johrog u issa bniedem ser tqabblu ma vapur.’

‘Ma nafx jien Maria, thawwduni. Tisma lilek nghid ghandek ragun, imbaghad tisma lil Joseph u tant ipoggi l-kliem sew li tahlef li qed ighid sew.
‘Ighid sew meta b’din ma qalilna xejn qabel?’

‘Imma dak ghax kieku qalilna, Mari, kieku ma konniex nifhmuh.’

‘eh ma konniex nifhmuh. Qed tara kemm jiehu hsiebna, ma riedx ihawwadna. Taf x’naf inghid Zoll, qed jaghmel hafna affarijiet li ma qalilniex u l-affarijiet li qalilna ghadna nistennewhom.’

‘Iva int aghtih cans.’

‘Cans naghtih kemm trid Zoll, u mghaggla miniex daqs kemm kien mghaggel hu biex ighaddi din il-ligi. Xi kull tant nahsbek fidila Zoll.’

‘Xi kull tant Mari? L-ahhar li tkellimna tajtni x’nahseb li dejjem tahsibni fidila.’

‘Jien naf li fidila m’intiex. Imma ma nifhimx kif certi affarijiet ma tarahomx. Issa jigi ighidlek li ma jridx li ighidlna min huma dawn li jridu isiru Maltin, din ma thassbekx?
Ghaliex m’ghandiex inkun naf min hu Malti bhali? U dan ghaliex dan ic-ciniz irid isir Malti u ma jridx jibqa ciniz bhal ma hu? Kieku jkun tefa ghajnejh fuq xi tfajla Maltija u jkun irid isir Malti bhala nifhem, ghax trid tmur fejn tigbdek il-gomma. Imma jekk le, mhux ghax ikollu xi haga tinten? U din l-ghaggla kollha biex jaqdih, Joseph xi jridha?’

‘Ghax inkella jafu jaqbzuna pajjizi ohra, Mari’

‘Mur ara, f’dak il-kaz, ma jkun ciniz wiehed ikun iehor, daqs kemm ighidu li hemm.’

‘Inti gejja mieghi l-belt, u hallik mic-cinizi.’

‘u x’nigi l-belt nigi, mhux ga ghidtlek li miniex tajba ghal dan it-traffiku li sar hawn.

Mur, Zoll mur. Hu pjacir, u attenta mill-bahrin.’

‘Iva issa ser tibqa tghidili din?’

‘U x’kull wahda mhux int ghidt li ma jimpurtakx x’jidhol u johrog. Ma jimpurtakx, mela issa m’ghadiex Malta l-ewwel u qabel kollox. Issa nistghu inbieghuha lil Malta basta jaqalghulna. Imma kif ma tisthux.’

‘Imma int qed tohodha bi kbira wisq din, Maria. Qatt ma rajtek hekk.’

‘Ma nohodhiex bi kbira din! Intom ghamiltu plejtu fuq bicca arlogg, u ghax il-gvern l-iehor bih it-tarzna li kienet qed itellifna tmenin miljun fis-sena. U issa wara li ghamiltu xhur tghajtu li Malta taghna lkoll, issa ser naqsmuha mall-barranin.
Mur Zoll mur gawdi l-Arriva, u kif ghidtlek attenta mill-bahrin.’